Thursday, April 18, 2024

Fabio Cannavaro jiddebutta bħala coach ta’ Benevento

Aqra wkoll

L-ex captain tat-team nazzjonali Taljan, illum coach Fabio Cannavaro kellu d-debutt tiegħu jmexxi team Taljan hekk kif Benevento spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Ascoli.

Cannavaro qal li ma ddispjaċihx li għażel lil Benevento fis-Serie B Taljana għalkemm irrifjuta li jmexxi lit-team nazzjonali Pollakk ftit tal-ġimgħat ilu.

Cannavaro qal li s-Serie B Taljana xejn m’hi faċli għalkemm wiegħed li se jkun qed jagħmel minn kollox sabiex it-team tiegħu jkollu pożizzjoni xierqa fil-klassifika.

Ekonomija

Sport