Thursday, April 18, 2024

Ruben Neves segwit minn Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona qed jippreparaw offerta ta’ €45 miljun sabiex jakkwistaw is-servizzi tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Wolves, Ruben Neves. Dan il-player Portugiż ta’ 25 sena  ilu jilgħab f’Molineux Stadium sa mill-2017 hekk kif skorja 22 goal f’191 partita.

Il-Katalani qed iħarsu lejn is-servizzi tiegħu biex jieħdu post Sergio Busquets mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu.

Busquets jista’ jitlaq lill-club fis-sajf li ġej bil-kuntratt tiegħu jinsab fl-aħħar sena tiegħu, u Barcelona jaraw lil Neves bħala sostitut potenzjali. Madankollu, it-team immexxi minn Xavi jista’ jiffaċċja kompetizzjoni għall-firma tiegħu mill-Gunners.

Ekonomija

Sport