Saturday, November 16, 2024

F1: Max Verstappen ikomplu jkabbar il-vantaġġ

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tar-Red Bull, Max Verstappen, rebaħ il-Grand Prix ta’ Emilia Romagna biex kompla kabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika u ta indikazzjoni kbira li se jiddomina dan il-kampjonat hekk kif din kienet il-ħames rebħa minn seba’ tiġrijiet.

Huwa għeleb l-isfida tal-Britanniku, Nando Norris (McLaren) li kellu prestazzjoni mill-aqwa b’vantaġġ ta’ 1.3 sekondi meta waqqaf il-ħin f’1:25:25.252.

Għalkemm fl-aħħar dawra kellu problemi fir-roti, Verstappen xorta waħda rnexxielu jidħol fl-ewwel pożizzjoni.

Is-sewwieq minn Monaco tal-Ferrari, Charles Leclerc daħal fit-tielet pożizzjoni, segwit mill-Awstraljan Oscar Piastri (McLa­ren), mill-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) u mill-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) li kompla jiddiżappunta.

Fis-seba’ u fit-tmien postijiet temmew il-Britanniku George Russell (Mercedes) u l-Messikan Sergio Perez (Red Bull) li kien mistenni ħafna aktar minnhom. 

Il-klassifika ġenerali hija (ta’ fuq): 161 – Max Verstappen; 113 – Charles Leclerc; 107 – Sergio Perez; 101 – Lando Norris; 93 – Carlos Sainz; 53 – Oscar Piastri; 44 – George Russell.

Il-klassifika tal-kostruttui hija: 239 – Red Bull; 187 – Ferrari; 124 – Mercedes; 64 – Mercedes; 42 – Aston Martin; 19 – Honda; 7 – Haas; 1 – Alpine.

Fil-kummenti tiegħu, Verstappen sostna li kellu jitħabat bis-sħiħ biex jirbaħ din it-tiġrija iżda dan it-trijonf jawgura tajjeb għall- kumplament tal-istaġun.

Huwa żied jgħid li kien sodisfat li għeleb l-isfida ta’ Norris li baqa’ jippressah sal-aħħar u kellu jibdel l-istrateġija tiegħu konxju mill-fatt li lejn it-tmiem tat-tiġrija kellu l-problema tar-roti. Issa jrid iħares lejn it-tiġrija li jmiss.  

Ekonomija

Sport