Friday, July 12, 2024

F1: Max Verstappen jirbaħ il-pole position tal-GP tal-Awstrija

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tal-Formula Wie­ħed, Max Verstappen (Red Bull) – ritratt –  illum se jibda mill-ewwel pożizzjoni fil-Grand Prix tal-Awstrija, li se jsir fir-Red Bull Ring, fil-belt ta’ Spielberg, meta kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali, dak ta’ minuta u 4.686 sekondi.

B’hekk din hija t-tmien pole postion ta’ Verstappen f’dan l-istaġun minn 11-il tiġrija. 

Mit-tieni u mit-tielet postijiet se jibdew iż-żewġ sewwieqa tal-McLaren, il-Britanniku Lando Norris u l-Awstraljan Oscar Piastri, li se jkunu segwiti mill-Britanniku George Russell (Mercedes), l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) u l-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) li kompla jiddiżappunta. 

L-aħħar pole position li kiseb Verstappen kienet erba tiġrijiet ilu, dik ta’ Emilia Romagna.

Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu li se jibda mill-post fejn qal: “Ninsab ferm kuntent li se nibda mill-ewwel pożizzjoni.

“Ippruvajna naġġustaw il-karozza u naħseb li marret tajjeb ħafna. Il-korsa kienet daqsxejn aktar sħuna milli kienet il-Ġimgħa li għamlitha daqsxejn diffiċli biex insuq iżda l-karozza ħassitha ħafna aħjar għalija.”

Il-klassifika (ta’ fuq) hija: 227 – Max Verstappen; 156 – Lando Norris; 150 – Charles Leclerc; 120 – Carlos Sainz; 112 – Sergio Perez; 94 – Oscar Piastri.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport