Wednesday, March 27, 2024

FA Cup: Arsenal jikkwalifikaw għar-raba’ round

Aqra wkoll

Arsenal ikkwalifikaw għar-raba’ round tal-FA Cup meta barra minn darhom għelbu lil Oxford bl-iskor ta’ 3-0 biex issa jmorru jilagħbu għand Manchester City f’dik li hija meqjusa bħala partita klassika. 

Il-protagonista kien Eddie Nkeitiah li skorja żewġgoals f’temp ta’ sitt minuti fit-tieni taqsima wara li ż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fi draw ta’ migħajr goals. 

B’hekk Nketiah skorja ħames goals fl-aħħar sitt dehriet tiegħu. 

Il-leaders tal-Premier League kienu frustrati fl-ewwel taqsima minn team organizzat tajjeb u dixxiplinat ta’ Oxford li jilagħbu f’League One. 

Madankollu fit-63 minuta, il-Gunners fetħu l-iskor meta Fabrio Vieira xeħet il-free-kick tiegħu lejn Mohamed Elneny li kkonkluda fix-xibka. 

Fis-70 minuta, l-istess Elneny qabeż il-goalkeeper tal-Ewes, Eddie McGinty, qabel ma għadda lejn Nketiah li bil-kalma kollha kompla l-ballun fix-xibka. 

Sitt minuti wara, il-Gunners issiġillaw ir-rebħa meta Nketiah irtokka l-ballun minn fuq McGinty wara li rċieva mingħand Gabriel Martinelli.

Ekonomija

Sport