Tuesday, May 14, 2024

FA Trophy: Illum u għada jintlagħab ir-round tal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Illum u għada se tintlagħab ir-round tal-Aħħar 16 tal-Izibet FA Trophy li qed tirritorna wara nuqqas ta’ sen­tejn kawża tal-Covid-19 fejn mit-tmien logħbiet insibu tlieta bejn timijiet tal-BOV Premier League waqt li l-ħamsa l-oħra huma bejn timijiet mill-istess diviżjoni kontra oħrajn minn diviżjoni­jiet inferjuri.

It-tliet logħbiet imsemmija se jkunu konfronti bejn timijiet li għaddew għaċ-Championship Pool kontra oħrajn li se jkunu fir-Relegation Pool.

Birkirkara se jiffaċċjaw lil Mosta meta fil-kampjonat tal-ewwel rebħu 3-0 u l-logħba l-oħra ntemmet fi draw ta’ 2-2.

L-Istripes huma rebbieħa tal-passat iżda Mosta għadhom qatt ma waslu sal-finali bil-postijiet fil-kampjonat wara l-ewwel fażi jistgħu jagħtu indikazzjoni min jista’ ikun favorit biex jgħaddi għall-kwarti-finali.

Il-logħba bejn Balzan u Hamrun Spartans tara lill-Balzanin għadhom ma sofrewx telfa kontra ċ-champions fil-kampjonat dan l-istaġun meta fl-ewwel round huma ħarġu rebbieħa 1-0 u fit-tieni laqgħa temmew fi draw ta’ 2-2.

Gzira United jilagħbu kontra Gudja United meta kisbu double fuqhom fil-kampjonat b’rebħiet ta’ 3-2 u 3-1.

Il-logħbiet l-oħra jaraw lit-timijiet tal-Premier League favoriti li jkomplu javvanzaw fejn Floriana, li qed jissieltu biex jirbħu l-kampjonat, se jiltaqgħu kontra St George’s li jinsabu fl-aħħar post tan-National League,

Valletta, li xejn m’huma għaddejjin minn staġun feliċi se jkollhom lil Tar­xien Rainbows bħala avversarji fejn qabel ma ġew relegati fl-istaġun li għadda kemm-il darba taw logħbiet diffiċli lill-Beltin.

Anke Hibernians jidhru li għandhom ikomplu javvanzaw meta jiffaċ­ċjaw lil Zejtun Corinthians li fl-istaġun li għadda l-Pawlisti għelbuhom 3-2 u 2-0.

Iż-żewġ logħbiet ta’ għada jaraw lit-timijiet fl-aħħar żewġ postijiet tal-kampjonat, Sta Lucia u Sliema Wanderers, jilagħbu kontra St Andrew’s u Marsaxlokk rispettivament fejn is-Saints jinsabu fin-National Amateur League, iżda x-Xlukkajri għadhom biċ-ċans li jiġu promossi fil-Premier.

PROGRAMM KOLLU

ILLUM

Centenary Stadium: 5.00 pm: Floriana v St George’s; 8.30 pm: Tarxien R. v Valletta.

Stadium Nazzjonali: 5.00 pm: Birkirkara v Mosta; 8.30 pm: Balzan v Hamrun S.

Tony Bezzina Stadium: 5.00 pm: Gzira U. v Gudja U.; 8.30 pm: Zejtun C. v Hibernians.

GĦADA

Centenary Stadium: 5.00 pm: St Andrew’s v Sta Lucia; 8.30 pm: Sliema W. v Marsaxlokk.

I

Sport