Friday, May 3, 2024

Fabio Cannavaro coach ġdid ta’ Udinese

Aqra wkoll

L-eks captain tal-Italja Fabio Cannavaro ħa post Gabriele Cioffi bħala coach ta’ Udinese għall-bqija tal-istaġun 2023-24.

Cannavaro, ta’ 50 sena, ġie msemmi bħala s-suċċessur ta’ Cioffi wara li tkeċċa nhar it-Tnejn wara t-telfa ta’ 1-0 ta’ Udinese kontra Verona, li kienet ir-raba’ telfa tal-klabb fl-aħħar ħames logħbiet tagħhom fil-kampjonat.

L-eks difensur ċentrali ffirma kuntratt ma’ Udinese għall-kumplament tal-kampanja u se jkun assistit minn ħuh iż-żgħir Paolo Cannavaro, li qabel kien ħadem miegħu waqt il-ħidma tiegħu bħala coach tal-klabb Ċiniż Guangzhou u Benevento.

L-ewwel logħba ta’ Cannavaro fit-tmun se tkun il-partita skedata mill-ġdid kontra Roma fil-25 ta’ April. Il-partita oriġinali kellha tiġi posposta wara li d-difensur tal-Giallorossi Evan Ndicka kkolassa fil-grawnd meta kien għad fadal 18-il minuta x’jintlagħbu. Il-logħba se tkompli nhar il-Ħamis.

L-istqarrija tal-klabb ta’ Udinese nhar it-Tnejn qalet li: “Il-klabb identifika l-esperjenza ta’ Cannavaro fil-grawnd u l-kwalitajiet indiskutibbli tiegħu ta’ tmexxija. Nemmnu li huwa l-figura adattata biex imexxi lit-tim għall-għan tagħna li nevitaw ir-relegazzjoni għas-Serie B.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport