Saturday, May 4, 2024

Faċilitá oħra tal-Blackball f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball u l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici f’Ħal Qormi bdew kollaborazzjoni flimkien sabiex jinfetaħ ċentru ġdid fejn tintlagħab din il-logħba.

F’kumment qasir, il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt qal li din il-kollaborazzjoni hi ferm importanti għax filwaqt li tagħti aktar opportunitajiet lill-plejers lokali jilagħbu din il-logħba tant għal qalbhom, iżid ukoll ċentru ieħor fejn jistgħu jintlagħbu dawn il-kompetizzjonijiet li aktar ma jmur dejjem qed jiżdiedu.

Matul din il-ġimgħa bdew jintlagħbu xi logħob tar-rankings mill-kategorija ta’ taħt it-18-il sena f’dan iċ-ċentru li se jikkumplimenta dak preżenti iġifieri l-Fuego Speakeasy Arena b’Birkirkara.

Sport