L-Iran, permezz tal-President Iranjan ma naqasx li jikkummenta dwar l-aħħar kontroversja bejn il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump u l-Papa Ljun XIV.
Il-President Masoud Pezeshkian, f’kumment li għamel qal li “f’isem in-nazzjon Kbir tal-Iran, nikkundanna bil-qawwa l-insult dirett lejn il-Papa Ljun XIV u l-persuna sagra tal-Profeta Ġesù. L-użu ta’ simboli divini u x-xbieha ta’ Profeta qaddis biex jaħbi aġenda li tħeġġeġ il-gwerra huwa att sfaċċat ta’ profanazzjoni. In-nuqqas ta’ rispett lejn Ġesù Kristu, il-Profeta tal-Paċi mhuwiex aċċettabbli għal kwalunkwe bniedem ħieles. Tali arroganza u falliment morali mit-tmexxija Amerikana mhux se jsikktu l-leħen tal-ġustizzja.

