Tuesday, July 21, 2026
Home Internazzjonali Familji jgħinu fit-tfittxija għal maħbubin tagħhom fil-Venezwela

Familji jgħinu fit-tfittxija għal maħbubin tagħhom fil-Venezwela

....50,000 persuna oħra s’issa għadhom ma nstabux

0
11

Il-ġlieda kontra l-ħin fil-Venezwela kompliet għaddejja bit-tama dejjem tonqos li jinstabu xi persuni ħajjin li baqa’ taħt it-tifrik. 

Minkejja li l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u minkejja l-għajnuna internazzjonali ma waqfet fl-ebda ħin, diversi familji marru fuq il-post fejn xi darba kien hemm ir-residenzi tal-qraba tagħhom u bdew ifittxu huma stess.

Il-Venezwela ntlaqat minn żewġ terremoti qawwija fl-istat ta’ La Guaira li ħallew ħerba sħiħa.

S’issa ġew ikkonfermati 1,420 persuna mejta, iżda l-Ġnus Magħquda qalet li hu stmat li baqa’ aktar minn 50,000 persuna oħra li s’issa għadhom ma nstabux.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here