Tuesday, February 18, 2025

F’ċertu żoni f’Chadwick Lakes mhux se jitħallew li jidħlu l-karozzi

Aqra wkoll

“Wara li ftit tal-jiem ilu inawgurajna x-xogħol ta’ tisbieħ f’Chadwick Lakes, u wara li tkellimt ma’ xi nies li jmorru jqattgħu ħinhom hemm, fassalna pjan għall-immanniġjar tat-traffiku tal-madwar permezz ta’ Transport Malta li jagħti prijorita’ assoluta lill-familji, tfal u min jiffrekwenta din l-area biex igawdu l-post mingħajr karozzi u traffiku”

Dan stqarru l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Dr Chris Bonett f’messaġġ fuq Facebook, fejn irrimarka li dan il-weekend ser ikun hemm uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta li ser jaraw li ċertu areas ma jidħlux karozzi fihom filwaqt li mill-weekend ta’ wara għandhom ikunu nstallati t-tabelli u ssir iż-żebgħa neċessarja sabiex dan it-traffic management ikun ċar għal kulħadd.

Temm jgħid; “Fl-ewwel ftit jiem biss, mijiet żaru din il-ġawhra. Aħna rridu li n-nies mhux biss iżuru postijiet bħal dawn imma jgawduhom fl-aqwa ambjent possibli”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport