Tuesday, April 16, 2024

F’Chicago: Tifla ta’ 8 snin tinqatel b’tir f’rasha waqt li kienet miexja ma’ ommha

Aqra wkoll

Passiġġata bejn omm u bint spiċċat fi traġedja wara li fl-aħħar sigħat ġie rrappurtat li tifla ta’ tmien snin mietet wara li ntlaqtet minn tir f’rasha waqt din il-mixja.

Melissa Ortega mietet nhar is-Sibt wara nofsinhar wara li raġel armat beda jispara ġewwa villaġġ f’Chicago, fejn kienet tgħix.

It-tifla ċkejkna, li marret toqgħod l-Istati Uniti mill-Messiku s-sena l-oħra, ttieħdet b’urġenza l-isptar b’feriti ta’ arma tan-nar f’rasha, iżda sfortunatament it-tobba ma setgħux isalvawha ħajjitha.

Aktar tard il-Pulizija qalet li la hi u lanqas ommha ma kienu fil-mira.

Il-mewt ta’ Melissa qanqlet protesti dwar il-vjolenza bl-armi f’Chicago, b’madwar 800 omiċidju rrappurtati s-sena li għaddiet.

Jidher li fil-mira ta’ din l-isparatura kien hemm żagħżugħ ta’ 26 sena li kien ħiereġ minn ħanut. Dan iż-żgħażugħ jinsab f’qagħda kritika wara li ntlaqat fil-parti t’isfel ta’ dahru.

Is-Supretendent tal-pulizija ta’ Chicago David Brown qal li t-tim tiegħu “mhux se jistrieħ” sakemm jinqabad il-qattiel.

Ekonomija

Sport