Thursday, April 18, 2024

Federico Chiesa fil-mira ta’ Manchester United

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Juventus Federico Chiesa ġie inkluż fix-short list ta’ trasferimenti ta’ tliet players minn Manchester United.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ġibed l-għajn bil-wirjiet mill-aqwa tiegħu fil-Euro 2020 għall-Italja u fetaħ l-istaġun il-ġdid b’żewġ goals u assist wieħed minn 10 logħbiet fit-tournaments kollha.

Chiesa għadu teknikament misluf ma’ Juventus mingħand Fiorentina – b’obbligu li jinxtara għal kollox fl-2022 – iżda ż-żmien tiegħu bħala player tal-Bianconeri jista’ ma jdumx fit-tul.

Chiesa huwa wieħed minn tliet plejers li United qed jittamaw li jilħqu ftehim magħhom għas-sena d-dieħla, b’Nicolo Barella u Kieran Trippier iż-żewġ ismijiet l-oħra fuq il-lista tax-xewqat tar-Red Devils.

L-ispekulazzjonijiet fil-kamp tal-United madankollu huma aktar iċċentrati fuq it-tmexxija tal-club, b’Ole Gunnar Solskjaer issa suppost se jibqa’ responsabbli mit-team almenu sal-partita tas-Sibt kontra Tottenham Hotspur.

Chiesa skorja 16-il goal u pprovda 11-il assist fi 53 dehra ma’ Juventus mindu ngħaqad magħhom fis-sajf tal-2020.

Ekonomija

Sport