Wednesday, April 24, 2024

MAPFRE Malta tappoġġja l-Jum Internazzjonali kontra l-kanċer tas-sider

Aqra wkoll

Dan ix-xahar, l-impjegati ta’ MAPFRE Malta libsu roża fi sforz biex iqajmu kuxjenza dwar il-Jum Internazzjonali kontra l-Kanċer tas-Sider. L-għan ta’ din l-inizjattiva hu li jintwera appoġġ lil dawk li qed ibatu jew li sofrew din il-marda, li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jaffettwaw kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider, id-detezzjoni bikrija hija kruċjali, u MAPFRE Malta għal darb’oħra qed tappoġġja din il-kawża b’kampanja li tenfasizza l-importanza ta’ dan il-messaġġ. Anke matul il-pandemija, il-prevenzjoni tibqa essenzjali. Din is-sena, il-kumpanija iffukat fuq żewġ messaġġi ewlenin għal din il-kampanja globali – li l-kanċer tas-sider mhuwiex esklussiv għan-nisa  u  jaffettwa wkoll lill-irġiel, għalkemm l-inċidenza hija baxxa ħafna; u, l-importanza  li  twettaq screenings ta’rutina preventivi.  Jidher li xi nies iddeċidew li ma jattendux għal screening minħabba l-COVID-19, għalkhemm dan it-test huwa kritiku sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni bikrija ta’ din il-marda.

MAPFRE Malta ddedikat il-ġimgħa kollha biex tqajjem kuxjenza u tipprovdi informazzjoni dwar diversi aspetti tal-marda li jaffettwaw kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa. Uħud mis-suġġetti li iffukat fuqhom din il-kampanja kienu jinkludu l-prevenzjoni, is-sintomi, il-kawżi tal-kanċer tas-sider u l-kampanji ta’ screening. L-impjegati tal-kumpanija kellhom aċċess għal din l-informazzjoni kollha u tabib speċjalizzat mexxa taħdita lill-impjegati tagħha dwar kif jinnutaw sinjali bikrija li jipprevenju kemm il-kanċer tas-sider kif ukoll tal-prostata.

Barra minn hekk, l-impjegati ta’ MAPFRE Malta huma mħeġġa wkoll jingħaqdu ma’ din l-inizjattiva billi jwettqu screenings tal-ultrasound tas-sider, li l-ispiża tagħhom qed tiġi koperta mill-kumpanija. 

“MAPFRE tieħu ħsieb is-saħħa tal-impjegati tagħha. Il-kanċer tas-sider huwa faċilment wieħed mill-aktar tipi komuni ta’ kanċer. M’hemmx għalfejn ngħidu li dijanjosi bikrija se ttejjeb drastikament iċ-ċansijiet tiegħek, u għal din ir-raġuni aħna aktar minn kuntenti li nkopru l-ispejjeż ta’ screening għall-impjegati tagħna,” qalet Ines Silva, Uffiċjal Kap tar-Riżorsi Umani f’MAPFRE Malta.

MAPFRE Malta tħeġġeġ lil kulħadd biex jingħaqad ma’ din l-inizjattiva nobbli u jgħin biex titqajjem kuxjenza, għaliex, fir-realtà, il-kanċer tas-sider huwa ta’ tħassib għal kulħadd. ‘L quddiem, il-kumpanija se tkompli tappoġġa l-inizjattiva u tifrex l-għarfien matul dan ix-xahar t’Ottubru.

Sport