Wednesday, July 24, 2024

F’Ġunju se jirritorna f’pajjżna EarthGarden b’iżjed attrazzjonijiet għall-familja kollha

Aqra wkoll

Il-festival EarthGarden ser ikun qiegħed jittella’ f’pajjiżna għas-17-il edizzjoni fuq medda ta’ erbat ijiem bejn nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju u l-Ħadd 9 ta’ Ġunju f’Ta’ Qali, fiż-żona tal-picnic area.

Waqt il-festival se jkun hemm madwar 140 interpretazzjoni differenti ta’ diski minn mużiċisti internazzjonali u anke Maltin li jinkludu Tribali, Xtruppaw u Manatapu.

Apparti l-aspett mużikali, l-edizzjoni ta’ din is-sena ser tara l-introduzzjoni ta’ żona dedikati għall-familji bit-tfal bl-isem ta’ Earth Kidz kif ukoll parti li fiha familji jistgħu jagħmlu camping. L-attrazzjonijiet għat-tfal jinkludu wkoll inizjattivi minn Heritage Malta marbutin mal-arti kulinarja u l-kultura, avventura maġika, circus juggling, talent shows pubbliċi, silent discos u attivitajiet marbutin max-xjenza minn Esplora.

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u l-organizzaturi ta’ dan l-avveniment.

Il-Ministru Clayton Bartolo elenka kif l-għajnuna li tipprovdi VisitMalta għal dawn it-tip ta’ avvenimenti hija essenzjali biex il-prodott turistiku tagħna jkun iżjed versatili u li jappella għal kulħadd. “Il-fatt li l-organizzaturi ta’ dan l-avveniment qegħdin iżidu l-attrazzjonijiet u l-opportunitajiet għall-familji joħroġ fid-deher il-potenzjal li għandna bħala pajjiż biex l-offerta tagħna għal Maltin, l-Għawdxin u t-turisti li jżuruna tkun waħda ta’ kwalità ogħla,” saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Ekonomija

Sport