Saturday, May 4, 2024

Fi Slovakkja elett President ġdid “ħabib tar-Russja”

Aqra wkoll

Il-populist Peter Pellegrini ġie elett bħala l-President il-ġdid ta’ Slovakkja wara li rebaħ l-elezzjoni u ħa post il-liberali Zuzana Caputova. Pellegrini hu mejqus bħala “ħabib kbir tar-Russja” u dan wassal għal tħassib ġdid fl-Unjoni Ewropea.

Pellegrini rebaħ l-elezzjoni bi 53% tal-voti u għal din l-elezzjoni kien hemm Ivan Korcok jikkontestah li hu mejqus bħala favur id-dinja tal-Punent.

Il-President il-ġdid hu alleat kbira tal-Prim Ministru Robert Fico fejn issa jidher li l-Parlament, il-Gvern kollu u issa anke l-Presidenza se jkunu okkupati minn persuni li huma kollha favur ir-Russja

Fico ħa l-kariga ta’ Prim Ministru f’Ottubru tas-sena li għaddiet fejn wiegħed li se jwaqqaf l-għajnuna militari kollha lil Kiev. Issa bir-rebħa ta’ Pellegrini, l-Ukranja tilfet vuċi kemm fl-Unjoni Ewropea u anke fin-NATO.

Il-Prim Ministru Fico diġa kien sejjaħ lill-pajjiżi tal-Punent biex ma jibqgħux jagħtu għajnuna militari lil Ukranja. Hu sejjaħ ukoll biex ikun hemm waqfiet mill-ġlied u jibdew negozjati ma’ Moska bit-tama li tinstab soluzzjoni.

Fil-kampanja Presidenzjali, Pellegrini wkoll kien tkellmu dwar dan il-ħsieb li d-dinja tal-Punent ma tibqa’ tagħti għajnuna miliari lil Kiev.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport