Friday, December 27, 2024

Fil-Brażil: Mara tallega li sfat imsakkra f’darha stess minn żewġha għal 17-il sena sħaħ

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara Brażiljana tkellmet dwar it-tbatija li kellha tgħaddi minnha meta allegatament sfat imsakkra f’darha stess, flimkien maż-żewġ uliedha, minn żewġha għal 17-il sena sħaħ.

Ġie rrappurtat li din il-familja ġiet salvata minn dar fil-viċinanzi ta’ Guaratiba, fil-punent ta’ Rio de Janeiro l-Ħamis li għadda. Ir-raġel kien arrestat.

F’kummenti mas-sit tal-aħbarijiet Brażiljan G1, il-mara allegat li żewġha qalilha li kienet se toħroġ mid-dar meta tmut. Ir-raġel, li ġie identifikat bħala Luiz Antonio Santos Silva – kien ilu miżżewweġ lil martu għal 23 sena.

Wara li ġiet salvata, l-omm ġie rrappurtat li qalet lill-awtoritajiet li hija u ż-żewġ uliedha kienu ġieli jitħallew mingħajr ikel għal tlitt ijiem sħaħ filwaqt li allegat li sofrew minn abbuż fiżiku u psikoloġiku.

Ekonomija

Sport