Monday, October 12, 2026
Home Internazzjonali Fil-jiem li ġejjin Papa Ljun XIV se ssirlu operazzjoni minħabba li nstab...

Fil-jiem li ġejjin Papa Ljun XIV se ssirlu operazzjoni minħabba li nstab li għandu kanċer bikri fil-pulmun

0
45

Il-Papa Ljun XIV mistenni jgħaddi minn intervent fil-jiem li ġejjin. L-operazzjoni hija ppjanata li ssir fl-Isptar Gemelli, f’Ruma, fejn il-Papa se jirċievi l-kura meħtieġa taħt is-superviżjoni tat-tim mediku tiegħu.

L-aħbar ingħatat mill- Papa stess waqt l-indirizz tiegħu tal-Ħadd, qabel it-talba tal-Angelus, meta tkellem dwar il-kundizzjoni medika tiegħu u l-passi li se jkunu qed jittieħdu fil-jiem li ġejjin. 

Huwa spjega li, wara konsultazzjonijiet mat-tobba tiegħu, ġie rrakkomandat li jgħaddi minn operazzjoni sabiex titneħħa l-boċċa li nstabitlu li nstabet fil-pulmun.

Waqt id-diskors tiegħu, il-Papa saħaq li l-kanċer ġie identifikat fi stadju bikri ħafna. Din l-informazzjoni ngħatat filwaqt li spjega li ddeċieda li jsegwi l-parir tat-tobba tiegħu u jgħaddi mill-intervent kirurġiku rakkomandat mit-tim mediku.

Il-Papa Ljun XIV irringrazzja lil dawk kollha li qed juru solidarjetà miegħu u li qed jitolbu għalih f’dan il-perjodu. Huwa rrikonoxxa l-qlubija spiritwali ta’ dawk li qed iwasslulu l-appoġġ tagħhom, hekk kif qed jipprepara biex jgħaddi minn din l-operazzjoni.

Sadanittant, id-Direttur tas-Sala Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, ta aktar dettalji dwar l-intervent waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti. Huwa spjega li l-operazzjoni hija skedata li ssir fl-ewwel jiem ta’ din il-ġimgħa, filwaqt li l-perjodu ta’ rkupru wara l-proċedura medika huwa stmat li jdum madwar ġimgħa.

Għalhekk, il-jiem li ġejjin se jkunu importanti għall-Papa, li se jkun qed jgħaddi mill-intervent rakkomandat mit-tobba tiegħu. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here