Għadd ta’ persuni li jinsabu rrabjati taw in-nar lit-tined lill-isptar li bħalissa qiegħed jieħu ħsieb u jikkura nies bl-Ebola. Dan wara li familja u ħbieb ta’ żagħżugħ li kien maħsub li miet bil-virus ma tħallewx jieħdu l-ġisem tiegħu għad-difna.
Il-politiku Luc Malembe qal mal-BBC li dawn in-nies li qabbdu n-narr kienu rrrabjati immens u li saħansitra qabbdu n-nar lit-tined li kienu qegħdin jintużaw bħala swali ta’ iżolament. Huwa spjega li sabex is-sitwazzjoni kkalmat, il-Pulizija paraw tiri bħala twissija.
Midja internazzjonali spjegat li meta xi ħadd imut bl-Ebola, il-ġisem ikun infettiv ħafna u li għalhekk l-awtoritajiet jeħtieġu li jiżguraw li d-difna tkun waħda sikura. Dan bil-għan li jwaqqfu it-tixrid tal-istess virus.
Iż-żagħżugħ li miet bl-Ebola kien plejer tal-futbol li kien lagħab ma’ diversi timijiet lokali. Ommu qalet li kienet temmen li binha kien miet bid-deni u mhux bl-Ebola.

