Friday, May 22, 2026

Il-Provinċja Kanadiża Alberta se torganizza referendum dwar jekk għandiex tibqa’ fil-Kanada

Aqra wkoll

Alberta se torganizza referendum dwar jekk għandhiex tibqa’ fil-Kanada jew timxi ‘l quddiem b’vot ieħor, li jimmarka l-ewwel test sinifikanti tal-unità tal-pajjiż f’għexieren ta’ snin.

Dan tħabbar il-Ħamis mill-Prim Ministru Danielle Smith, wara li petizzjoni mmexxija miċ-ċittadini li titlob is-separazzjoni  ta’ Alberta mill-Kanada, ġabret aktar minn 300,000 firma kmieni din is-sena. Dan filwaqt li kien hemm petizzjoni separata li tappella biex Alberta tibqa’ parti mill-Kanada u din ġabret aktar minn 400,000 firma. 

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika jissuġġerixxi li l-maġġoranza tal-Albertani jivvutaw kontra s-separazzjoni. Ir-referendum provinċjali huwa skedat li jsir fid-19 ta’ Ottubru illi ġej. 

F’indirizz televiżiv, il-Prim Ministru qalet qal li l-mistoqsija li se tiġi mistoqsija lil persuni li jgħixu f’Alberta se tkun: “Għandha Alberta tibqa’ provinċja tal-Kanada jew għandu l-Gvern ta’ Alberta jibda l-proċess legali meħtieġ skont il-Kostituzzjoni Kanadiża biex jorganizza referendum provinċjali dwar jekk Alberta għandhiex tissepara mill-Kanada?”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport