Friday, May 22, 2026

IL-ĦRUĠ TA’ €300 MILJUN F’SENIOR PREFERRED EMTN NOTES TAL-BOV JAQBEŻ IL-VALUR TAS-SOTTOSKRIZZJONI GĦAL DARBTEJN FI FTIT SIGĦAT

Aqra wkoll

Id-Domanda b’Saħħitha minn Investituri Lokali u Internazzjonali hija Xhieda tal-Fiduċja fis-Saħħa u fl-Istrateġija tal-Bank

Il‑Bank of Valletta ħabbar it‑tnedija u l‑eżekuzzjoni b’suċċess ta’ €300 miljun f’callable Senior Preferred Notes fil‑Programm tiegħu ta’ Euro Medium Term Note (EMTN), wara l‑ftuħ tal‑kotba nhar l‑Erbgħa, 20 ta’ Mejju 2026.

Dan il-ħruġ huwa t-tieni tranżazzjoni tal-Bank fis‑swieq tal‑kapital internazzjonali u jirrappreżenta pass ieħor importanti fit‑tisħiħ tal‑bażi ta’ finanzjament diversifikat tiegħu.

Filwaqt li jibni fuq il‑pożizzjoni fit-tul tiegħu bħala l‑ikbar istituzzjoni finanzjarja f’Malta, dan ir‑riżultat pożittiv jirrifletti s-saħħa tal-Bank fis-suq lokali kif ukoll ir‑rikonoxximent li dejjem qed jikber fost investituri istituzzjonali internazzjonali. Il‑ħruġ kien appoġġjat minn Citi Bank u UBS, li kienu l-Mandated Lead Arrangers, xhieda tas‑sħubijiet b’saħħithom u stabbiliti li l-Bank għandu ma’ istituzzjonijiet finanzjarji globali ewlenin.

Ittranżazzjoni attirat domanda qawwija u ta’ kwalità għolja minn investituri domestiċi kif ukoll internazzjonali. L-ordnijiet laħqu lquċċata ta’ madwar €0.8 biljun (sottoskrizzjoni ta’ 2.6 darbiet) u ngħalaq għal madwar €0.6 biljun (sottoskrizzjoni ta’ darbtejn), u dan jisħaq linteress qawwi għallkreditu talBank kif ukoll issaħħa talfiduċja talinvestituri filmudell tannegozju tiegħu. InNotes ġew ipprezzati b’kupun ta’ 4.467%, b’titjib filprezz meta mqabbel malgwida inizjali, wara proċess ta’ bookbuilding imwettaq b’mod effiċjenti u ta’ suċċess.

Dan irriżultat jirrifletti lpedamenti sodi ta’ kreditu talBank, ilprestazzjoni reżiljenti tiegħu u ddirezzjoni strateġika ċara li qed isegwi. Leżekuzzjoni b’suċċess tkompli turi lkapaċità tal-Bank li jattira interess sostnut minn investituri istituzzjonali internazzjonali, filwaqt li jżomm appoġġ qawwi missuq domestiku, mibni fuq relazzjonijiet fittul mannegozji Maltin u malklijenti retail. Ir‑rispons pożittiv huwa frott programm estensiv mal‑investituri, li kien jinkludi roadshows Non‑Deal u Deal f’diversi swieq Ewropej ewlenin, u li pprovdew opportunità biex tiġi ppreżentata l‑istrateġija tal‑Bank, il‑prestazzjoni finanzjarja tiegħu u l‑prijoritajiet tiegħu b’viżjoni lejn il‑ġejjieni.

Dan il‑ħruġ jirrappreżenta kisba sinifikanti mhux biss għall‑Bank of Valletta, iżda wkoll b’mod aktar wiesa’, għas‑settur finanzjarju Malti. Il‑parteċipazzjoni qawwija minn investituri internazzjonali tenfasizza l‑integrazzjoni kontinwa ta’ Malta fis‑swieq kapitali Ewropej u tkompli ssaħħaħ il‑viżibilità tas‑settur bankarju lokali fix‑xena internazzjonali.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta). In-Notes attiraw bażi diversifikata ta’ investituri minn kontijiet istituzzjonali ta’ kwalità għolja. Asset Managers irrappreżentaw madwar 65% talallokazzjonijiet, Banek Privati 16%, Fondi tal- Assigurazzjoni u tal-Pensjoni 9%, Hedge Funds 6%, u investituri oħra 4%. L-allokazzjonijiet tqassmu b’mod approssimattiv kif ġej: il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera 22%, Franza 22%, il-pajjiżi BeNeLux 20%, il-Greċja u l-Italja 14%, ir-Renju Unit u l-Irlanda 13%, Kontijiet Domestiċi 6%, u ġurisdizzjonijiet oħra 3%.

InNotes ġew offruti esklussivament lil klijenti professjonali u lil kontropartijiet eliġibbli, b’denominazzjoni minima ta’ €100,000, f’konformità malProspett Bażi u malprattika tassuq għal tranżazzjonijiet istituzzjonali fisswieq kapitali.

F’kumment dwar ilħruġ b’suċċess, iċChairperson u lKap Eżekuttiv talBank qalu, “Din it‑tranżazzjoni b’suċċess tirrifletti l-pożizzjoni b’saħħitha tal‑Bank of Valletta bħala l‑istituzzjoni finanzjarja ewlenija f’Malta, imsaħħa mill‑fiduċja tal‑klijenti domestiċi tagħna li nbniet tul ġenerazzjonijiet sħaħ. Fl‑istess ħin, il‑parteċipazzjoni qawwija minn investituri istituzzjonali internazzjonali tirrappreżenta approvazzjoni ċara tal‑istrateġija tal‑Bank, tar‑reżiljenza finanzjarja tiegħu u tal‑prospetti fit‑tul. Il‑kwalità u d‑diversifikazzjoni tal‑bażi tal‑investituri miksuba f’din it‑tranżazzjoni juru l‑kapaċità kontinwa tagħna li naċċessaw is‑swieq kapitali internazzjonali fuq termini kompetittivi, filwaqt li nkomplu nsaħħu l‑profil ta’ finanzjament tagħna u nappoġġjaw it‑tkabbir sostenibbli tal‑attivitajiet ta’ self u investiment tagħna.”

Id‑dħul nett mill‑ħruġ se jikkontribwixxi għat‑tisħiħ tar-Rekwiżit Minimu għal Fondi Proprji u Obbligazzjonijiet Eliġibbli (MREL) tal‑Bank u tas‑sussidjarji tiegħu, b’appoġġ għall‑objettivi regolatorji filwaqt li jippermetti tkabbir kontinwu fis‑self, fl‑attivitajiet ta’ investiment u fil‑ħtiġijiet ta’ finanzjament usa’ tal‑Grupp. Huwa mistenni li n-‘Notes’ jiġu ammessi fuq il-Lista Uffiċjali u għan-negozjar fis-suq regolat tal- Irish Stock Exchange, li topera taħt l-isem ta’ Euronext Dublin, b’effett mid-Data tal-Ħruġ jew madwarha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport