Mummja maħsuba li għandha aktar minn 800 sena, b’rapporti internazzjonali saħansitra jgħidu li jaf għandha aktar minn 1,200 sena, instabet fil-kumpless arkeoloġiku ta’ Cajamarquilla, li jinsab fl-Lvant ta’ Lima ġewwa l-Peru.
L-arkeologu Pieter Van Dalen Luna qal li karatteristika interessanti tal-mummja hija minħabba l-fatt li nstabet f’pożizzjoni li tixbaħ tarbija fil-ġuf, bil-ġisem kollu kien marbut bil-ħbula u l-idejn jgħattu l-wiċċ.
Jingħad li l-mummja, li nstabet ippreservata tajjeb, tmur lura għall-perjodu ta’ qabel l-Inca iżda jeħtieġ li jsiru aktar testijiet biex tassew jiġi stabbilit kemm għandha żmien.
Ġewwa l-qabar instabu wkoll fdalijiet oħra fosthom ċeramika.