Sunday, December 22, 2024

Filwaqt li d-dinja tiġġieled il-pandemija tal-coronavirus il-Korea ta’ Fuq tispara żewġ missili ballistiċi

Aqra wkoll

Fil-Korea ta’ Fuq hemm tħassib dwar il-possibbiltà tal-imxija tal-coronavirus fil-pajjiż

Il-Korea ta’ Fuq illum sparat dawk li huma suspettati li kienu żewġ missili ballistiċi, liema missili waqgħu fil-baħar. Dan qaluh il-Korea t’Isfel u l-Ġappun, hekk kif ir-reġim immexxi minn Kim Jong Un qed ikompli bit-testijiet missilistiċi tiegħu f’tentattiv li jżid l-appoġġ fil-konfront tiegħu fost tħassib dwar il-possibbiltà tal-imxija tal-coronavirus fil-pajjiż.

Il-Korea t’Isfel qalet li l-missili ġew sparati mill-belt kostali fil-Lvant tal-pajjiż, Wonsan, bil-missili jaqgħu fl-ibħra li jifirdu lill-peninsula Koreana mill-Ġappun. Il-missili koprew distanza ta’ 230 kilometruu laħqu altitudni massima ta’ 30 kilometru.

Il-militar tal-Korea t’Isfel iddeskriva t-testijiet bħala “inapproprjati ħafna” fi żminijiet meta d-dinja qed tiġġieled il-pandemija tal-Covid-19.

Intant il-Korea t’Isfel ħeġġet lill-ġar tagħha biex twaqqaf ħesrem tali azzjoni militari.

Ekonomija

Sport