Thursday, April 18, 2024

Fir-Renju Unit: Jheddu li f’Jannar li ġej se jkomplu bi strajks fuq skala ikbar

Aqra wkoll

L-infermiera fir-Renju Unit qed jheddu li jekk il-ministri se jibqgħu ma jagħtux widen rigward it-talbiet tal-istess tagħhom, ix-xahar id-dieħel se jerġgħu jibdew bl-istrajks, din id-darba fuq skala ikbar u l-infermiera mistennija jkunu “inqas ġenerużi”.

Il-mexxejja tar-Royal College of Nursing (RCN), Pat Cullen, tat ultimatum ta’ 48 siegħa lill-ministri — li jibdew wara l-istrajks li hemm skedati għal nhar it-Tlieta li ġej —  sabiex jaraw kif se jsolvu l-problema. Il-mexxejja tal-RCN, Pat Cullen, kompliet billi saħqet illi t-talba tal-unjin li tinkludi żieda ta’ 19% fuq il-paga preżenti hija biss il-bidu.

Fl-ewwel strajk tal-15 ta’ Diċembru li għadda ħadu sehem kwart tal-ħaddiema tal-isptarijiet fl-Ingilterra, fost oħrajn. Minkejja l-inkonvenjent li ħoloq madwar il-pajjiż, minn stħarriġ illi sar jirriżulta li l-infermiera għandhom l-appoġġ mill-maġġoranza tal-pubbliku.

Ekonomija

Sport