Tuesday, July 7, 2026

Fir-Renju Unit: Omm titwaqqaf milli tagħmel ix-xirja għax “kellha daharha mikxuf”

Aqra wkoll

Omm li tkellemt mal-midja Ingliża qalet li tinsab ixxukjata hekk kif lejn l-aħħar jiem ta’ Ġunju hekk kif t-temperatura f’partijiet mir-Renju Unit kienet ta’ aktar minn 37 Gradi twaqqfet milli tagħmel ix-xirja tagħha.

Tgħid li waqt li kienet qiegħda tixtri minn Tesco affarijiet tal-ikel mar uffiċjal tas-sigurtà fuqha u qallha li “hija kienet ħafna esposta” u dan għax kellha daharha barra.

L-omm li għandha 3 itfal qalet li kienet libsa v-neck maqful ma’ daharha u hi tħoss li ma kinitx esposta u ma ta l-ebda “skandlu” lill-klijenti l-oħrajn.

Il-mara ta’ 31 sena tgħid li kellha titlaq mill-ħanut u marret fil-karozza hekk kif kellha ġakketta li tuża hekk kif toħroġ mill-gym. 

“Il-ħwejjeġ li kont libsa kont ilni bihom minn filgħodu. Dħalt fi ħwienet oħrajn u ħadd ma qalli xejn… Kont bit-tfal aktar u aktar nilbes b’mod diċenti,” tgħid l-omm mal-midja Ingliża.

Jidher li uffiċjali ta’ Tesco kellmu lill-membru tas-sigurtà dwar dan il-każ fejn qalu li qegħdin jinvestigaw biex każi bħal dawn ma jerġgħux iseħħu fil-ħwienet tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport