Wednesday, April 24, 2024

Fit-Turkija: Tinstab mejta wara li z-ziju allegatament taha bis-sieq għax kienet wisq storbjuża matul il-lejl

Aqra wkoll

Aħbar traġika ġiet irrappurtata fl-aħħar sigħat kienet dik fejn tifla ta’ tliet snin instabet mejta fis-sodda tagħha wara li allegatament iz-ziju tagħha taha daqqa ta’ sieq minħabba l-fatt li kienet wisq storbjuża matul il-lejl.

Iż-ziju u omm iċ-ċkejkna, li r-rapporti qalu li jisimha Kader K, ġew arrestati wara l-inċident orribbli fil-provinċja Torka ta’ Burdur.

L-omm ma setgħetx tqajjem lil bintha, li ġiet identifikata bħala Aysenur K, meta filgħodu daħlet fil-kamra tas-sodda tagħha.

Hija ċemplet lis-servizzi tal-emerġenza u l-paramediċi ġrew lejn id-dar, madankollu t-tifla sfortunatament ġiet iddikjarata mejta fuq il-post.

Imbagħad il-Pulizija arrestaw lil ommha u lil zijuha, Hizir Tunc C, hekk kif l-uffiċjali bdew jemmnu li l-mewt tat-tifla kienet waħda suspettuża.

Fl-istqarrija tiegħu ġewwa l-għassa, iż-ziju qal li t-tifla kienet ilha tagħmel ħafna storbju matul il-lejl, u allegatament taha bis-sieq biex iwaqqafha.

Il-pulizija mbagħad bdiet investigazzjoni immedjata dwar l-allegat reat.

Sport