Thursday, April 18, 2024

Jurgen Degabriele … BOV Player tax-Xahar għal Diċembru

Aqra wkoll

Il-player internazjonali Malti, Jurgen Degabriele ta’ Hibernians, huwa l-BOV Player tax-Xahar għal Diċembru 2021.

L-attakkant ta’ 25 sena ġie vvutat darbtejn bħala l-BOV Player tal-Logħba fil-partiti li Hibernians kellhom kontra Gżira United u Gudja United.

Degabriele skorja l-ewwel żewġ goals tal-Hibs fir-rebħa tagħhom ta’ 3-1 fuq Gżira, fejn wera kemm huwa kapaċi jkun fl-aqwa pożizzjoni fiż-żewġ okkażjonijiet biex jsib ix-xibka.

Huwa pproduċa wkoll goal mill-aqwa kontra Gudja, fejn irċieva l-ballun f’nofs il-ground u avvanza qabel ma xxuttja l-ballun tiela ‘l fuq biex fetaħ l-iskor fir-rebħa 2-1 tat-team tiegħu.

Il-player  għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

Fir-ritratt jidher Kristian Gilson, Mana­ger CSR u Kommunikazzjoni fil-Bank of Valletta jippreżenta t-trofew tal-BOV Player tax-Xahar għal Diċembru 2021 lil Jurgen Degabriele fil-preżenza tal-viċi-president tal-MFA, Ludovico Micallef.

Ekonomija

Sport