Monday, December 9, 2024

Fl-2022 jitwieldu 4,309 tarbija f’pajjiżna

Aqra wkoll

Matul l-2022 f’Malta u f’Għawdex twieldu 4,309 tarbija li l-maġġoranza tagħhom kellhom liż-żewġ ġenituri b’ċittadinanza Maltija.

Dan intqal fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana b’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Il-Ministru Caruana qal li 2,763 tifel u tifla li twieldu f’Malta matul is-sena 2022 kellhom iż-żewġ ġenituri Maltin, filwaqt li 1,008 tifel u tifla li twieldu f’pajjiżna kellhom iż-żewġ ġenituri barranin.

Imbgħad kien hemm 395 tarbija li kellhom ġenitur wieħed Maltin u ieħor barranin filwaqt li kien hemm 75 tarbija li twieldu li kellhom lil omm b’ċittadinanza Maltija filwaqt li l-missier l-ieħor ma kienx iddikjarat.

Min-naħa l-oħra kien hemm 31 tarbija li twieldu lil omm barranija, iżda welldet f’pajjiżna filwaqt li l-missier ma kienx iddikjarat waqt ir-reġistrazzjoni.

Il-Ministru Caruana kompla jgħid li “s-37 twelid li jifdal ġew estratti minn rekords miżmuma mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Informazzjoni dwar il-ġenitur li welldet biss tinġabar minn dan is-sors u għalhekk dawn it-twelid ma jistgħux jiġu kklassifikati kif deskritt hawn fuq.”

Ekonomija

Sport