Saturday, July 13, 2024

Fl-aħħar 10 xhur 1280 persuna ġew ripatrijati għax kienu f’Malta illegalment

Aqra wkoll

Din is-sena sas-17 ta’ dan ix-xahar kien hemm 1043 persuni li ntbagħtu lura lejn pajjiżhom wara li daħlu f’pajjiżna b’mod irregolari u ma kellhomx dritt għall-ażil. Ma’ dawn kien hemm ukoll fl-istess perijodu 237 persuni oħra li ntbagħtu lura malli waslu f’pajjiżna. 

Mis-sena 2014 sa nofs dan ix-xahar il-peruni li ntbagħtu lura billi kienu qed jgħixu Malta illegalment u bi ksur tal-liġijiet ta’ pajjiżna ammonta għal 3515-il persuna filwaqt li 2965 oħra kienu ritornati lura b’deċiżjonijiet maħruġa mal-fruntiera.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurta, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri ta din l-istatistika dettalja fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Alex Borg.

Il-Ministru Camilleri fisser kif f’dan ir-rigward, pajjiżna ħa deċiżjonijiet importanti sabiex jipprattika u jssagura politika ta’ immigrazzjoni ġusta, li tinkludi li min m’għandux dritt jibqa f’pajjiżna ikun imneħħi mill-pajjiż.

Huwa qal ukoll li dan sar anki wara li twaqqaf ‘returns unit’ fi ħdan il-Ministeru.

Ekonomija

Sport