Monday, May 13, 2024

“Fl-aħħar twettqet ġustizzja… għalkemm din ma tnaqqasx mill-uġigħ” – ħu Hugo Chetcuti

Aqra wkoll

Isaac Chetcuti, ħu Hugo Chetcuti, qal li fl-aħħar twettqet ġustizzja għalkemm din ma tnaqqasx mill-uġigħ tagħhom.

Qal li l-mewt ta’ Hugo ħalliet impatt fuq dawk kollha li kienu jafuh, b’mod speċjali fuq ommhom. Żied jgħid li issa li twettqet ġustizzja, b’sentenza ta’ għomor il-ħabs, ħuħ jista’ jistrieħ fil-paċi.

Huwa kiteb dan fuq il-midja soċjali wara li lbieraħ, b’verdett ta’ tmien voti favur u kontra wieħed, Bojan Cmelik instab ħati li f’Lulju tal-2018 qatel lill-imprenditur Hugo Chetcuti. Cmelik, ta’ 39 sena, ġie kkundannat għomru l-ħabs.

Sport