Saturday, May 4, 2024

Fl-Amerika: Koppja ssib iċ-ċurkett mitluf tal-għerusija wara 21 sena

Aqra wkoll

Ċurkett tad-djamanti tal-għerusija nstab f’toilet żewġ deċenji wara li l-koppja qalet “iva” għaż-żwieġ.

Nick Day propona lil martu Shania 21 sena ilu, però ftit wara hija ma setgħetx issib iċ-ċurkett li taha l-maħbub tagħha. Nick f’intervista mal-midja Ingliża Metro rrakkonta li jum minnhom Shania qaltlu li x’aktarx kienet flaxxjatu fit-toilet biż-żball. Minkejja li fittxew iċ-ċurkett fid-dar tagħhom f’Lakeland fi Florida, kellhom jgħaddu s-snin biex jerġa’ jirritorna għand il-koppja.

Iċ-ċurkett tal-koppja

F’Novembru li għadda, omm Nick, Renee, qabbdet plumber biex jibdlilha t-toilet u matul il-proċess feġġ iċ-ċurkett. Omm u missier Nick naddfu ċ-ċurkett, geżwruh u tawh rigal lill-koppja f’jum il-Milied.

Il-koppja qalet li ’l quddiem jaf iħalluh b’wirt lill-ġenerazzjoni futura tagħhom.

Sport