Wednesday, April 24, 2024

“Fl-ebda ħin ma ġie ordnat biex jieqaf mix-xogħol tiegħu”

- il-Ministru Fearne dwar il-każ ta’ Paul Pace

Aqra wkoll

“Fl-ebda ħin ma ġie ordnat biex jieqaf mix-xogħol tiegħu ta’ infermier jew tal-Unjin,” qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, fi tweġiba li ta lil dan is-sit dwar il-każ li jirrigwardja lis-Sur Paul Pace.

Fl-aħħar ġimgħat, iċċirkolaw rapporti dwar l-allegat każ li Pace, il-President tal-MUMN, talab ħlas ta’ xogħol li ma kienx twettaq, anki meta kien imsiefer.

Mistoqsi dwar dan, il-Ministru qal li s-Sur Pace bħal kull impjegat ieħor taċ-ċivil ħtieġlu jgħaddi mill-għarbiel tal-bord tad-dixxiplina. Huwa insista li l-PSC (il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku) ta l-verdett tiegħu u li Pace mexa skont l-istess verdett.

Pace kien tkellem ma’ ġurnal lokali fejn spjega li huwa kien qal lill-bord li s-sigħat inkwistjoni, madwar 12-il siegħa b’kollox, kien għaddiehom biż-żball u offra li jħallashom lura.

1 kumment

  1. 12 il siegha jew 80 sieghaMUMN hija veru Union tal misthija biex thalli persuna tmexxija li ta EZEMPJU hazin lill membri taghha.lesekuttiv ta Mumn missu rezenja kollu u mhux halla lill pawl pace fil pozizzjoni tieghu.

Comments are closed.

Sport