Saturday, May 4, 2024

Florian Wirtz protagonista ma’ Bayer Leverkusen

Aqra wkoll

Wara s-suċċess storiku ta’ Bayer Leverkusen li rebħu l-kampjonat Ġermaniż għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom, wieħed minn dawk li spikka f’dan it-tim immexxi minn Xabi Alonso kien il-midfielder offensiv Florian Wirtz. Dan tal-aħħar għad għandu 20 sena u hu meqjus bħala fundamentali għat-tim mill-belt ta’ Leverkusen.
S’issa Wirtz lagħab 42 logħba staġjonali fejn minnhom skorja 17-il gowl u wettaq 18-il assist.

Sadanittant tkellem Fernando Carro, amministratur tal-klabb li qal li mhux se jħallu lil Wirtz jitlaq minħabba li hu plejer li jiswa mitqlu deheb. Huwa għalhekk li huma se jagħmlulu klawsola fil-kuntratt li tiswa madwar €150,000.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport