Sunday, May 5, 2024

Fabio Carvalho jrid jirritorna ma’ Liverpool

Aqra wkoll

Il-midfielder offensiv Portugiż Fabio Carvalho jrid jirritorna ma’ Liverpool fl-istaġun li ġej wara li għal dawn l-aħħar xhur kien misluf lil Hull City. Matul dan l-istaġun, il-plejer ta’ 21 sena li kapaċi jilgħab bħala winger ukoll, lagħab 17-il logħba u skorja tmien gowls.

Carvalho qal li jinsab fuq ix-xwiek biex jasal Lulju sabiex jerġa’ jingħaqad mal-klabb oriġinali tiegħu fejn sostna li jixtieq jirbaħ post fl-ewwel ħdax.

Carvalho lagħab biss 13-il logħba ma’ Liverpool fl-istaġun 2022/23 fejn skorja żewġ gowls.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport