Wednesday, July 24, 2024

Fl-Għaqda hemm is-saħħa…. rekord nazzjonali ġdid mill-Għaqda tan-Nar San Filep f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

“Fl-Għaqda hemm is-saħħa…..rekord nazzjonali ġdid. L-ikbar tapit tradizzjonali, mekkanizzat u sinkronizzat il-ħin kollu, b’total ta’ 17-il antarjola li ħadem mingħajr l-ebda intervent uman. Tapit li nħaraq fil-festa tar-raħal u bl-ebda konnessjoni ma’ festivals”.

Dan qalitu The Malta Records, f’messaġġ fuq Facebook. Intant, fuq il-paġna tagħhom, l-Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) kitbu; “L-ikbar tapit tradizzjonali, mekkanizzat u sinkronizzat, bi 17-il antarjola u f’ħin totali ta’ 14-il minuta u sitt sekondi – b’ 24 rota bil-funtani tal-kulur, b’ total ta’ 4950 funtana maqsuma f’ 55 tip differenti ta’ funtana”.

Ekonomija

Sport