Friday, December 13, 2024

Fl-Indoneżja 114-il tabib mietu bil-Covid-19 fi 17-il ġurnata

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-imwiet ta’ tobba fl-Indoneżja żdiedu drastikament fl-ewwel nofs ta’ dan ix-xahar, fi sfond ta’ żieda ta’ infezzjonijiet madwar il-pajjiż kawża tal-varjant Delta.

B’kollox 114-il tabib mietu bejn l-1 u s-17 ta’ Lulju. Dan huwa l-ogħla numru li ġie rrappurtat għal perjodu ta’ tul simili u huwa aktar minn 20% tal-imwiet totali mill-bidu tal-pandemija.

L-imwiet tat-tobba żdiedu fl-Indoneżja, ir-raba’ nazzjon l-iktar popolat fid-dinja, minkejja rata ta’ tilqim ta’ 95% fost il-ħaddiema tas-saħħa. 

Dan wassal biex il-gvern jagħti l-vaċċin ta’ Moderna biex isservi bħala booster għal dawk il-ħaddiema tas-saħħa li ħadu l-vaċċin Sinovac taċ-Ċina.

Esperti tas-saħħa qed isejħu lil dan il-pajjiż bħala l-epiċentru l-ġdid tal-pandemija. 

Nhar il-Ħadd, l-Indoneżja rrappurtat 44,721 każ u 1,093 imwiet ġodda kawża tal-Covid-19.

Ekonomija

Sport