Sunday, December 22, 2024

Fl-Ingilterra: Jiltaqgħu f’dar tal-anzjani u jiżżewġu fl-età ta’ 77 sena

Aqra wkoll

Koppja ta’ 77 sena jirrakkontaw kif iltaqgħu u sar jinħabbu mill-ewwel. Kollox beda meta waqt il-pandemija l-anzjan mar joqgħod fl-istess dar fejn kienet tinsab hi. Kif raw lil xulxin, saru inseparabbli u mill-ewwel indunaw li se jsiru jinħabbu. 

L-anzjana tirrakkonta li l-ħajja tista’ tkun iebsa iżda lilha laqqgħatha mar-raġel ideali. Hija qalet kif huma jagħmlu kollox flimkien sa anka jiżfnu kuljum.

Il-koppja ddeċidiet li tiżżewweġ għalhekk għamlu ċ-ċeriimonja fid-dar tal-anzjani stess bħala sinjal fejn iltaqgħu l-ewwel darba. Huma gawdew din il-ġurnata speċjali mal-familjari u l-ħbieb tagħhom kif ukoll mal-istaff u r-residenti.

Huma qalu li għandhom dak kollu li dejjem xtaqu u li issa ma jonqoshom xejn aktar.

Ekonomija

Sport