Saturday, December 14, 2024

Fl-Ingilterra: Omm b’marda terminali li ppjanat il-funeral tagħha tfiq b’mod mirakoluż

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Omm ta’ 49 sena fasslet pjan ta’ kif tixtieq il-funeral tagħha stess wara li saret taf li għandha kanċer terminali. B’mod mirakoluż hija ssir taf li kienet fieqet għalkollox. 

Hija tgħid li kif saret taf li għandha kanċer terminali, kienet ħadet xokk minħabba l-fatt li qatt ma kellha sintomi u dejjem ħadet ħsieb saħħitha. Tliet xhur qabel ma tawha l-aħbar hija kienet għadha kif marret tgħix mal-għarus tagħha f’Rochford, Essex, u kienu qed jistennew bil-ħerqa li jibdew ħajja ġdida flimkien mat-tfal tagħhom. 

L-omm qalet li ma setgħetx tiddeskrivi dak li ħasset hekk kif it-tobba qalulha li kellha marda terminali meta kenet għadha kif bdiet ħajja ġdida mal-għeżież tagħha. 

Illum hija tħossha xortiha tajba li rnexxielha tfieq mill-kanċer, u issa li reġgħet bdiet taħdem iddeċidiet li tgħin lil dawn il-pazjenti li jkunu qed jiġġieldu kontra din il-marda qerrieda. Hija tagħtihom pariri u tgħidilhom fuq l-esperjenza tagħha biex tagħmlilhom il-kuraġġ ħalli ma jaqtgħux qalbhom. 

Ekonomija

Sport