Saturday, May 10, 2025

Flamengo jridu lil Joao Felix

Aqra wkoll

Flamengo qed jaraw kif jistgħu jsaħħu l-iskwadra għat-tazza tad-dinja tal-klabb u l-għan tagħhom hu li jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Portugiż Joao Felix. Dan tal-aħħar jinsab misluf fl-Italja mingħand Chelsea u huwa l-mira ewlenija biex jagħti spinta lill-linja ta’ quddiem. Flamengo qed jittama li jikkonvinċi lil Chelsea, li għandhom id-drittijiet tal-player wara li fl-istaġun li għadda ħallsu lil Atlético Madrid aktar minn €50 miljun,

Joao Felix għandu kuntratt ma’ Chelsea sal-2031, u l-wasla tiegħu fil-Premier League wara li telaq lil Atlético Madrid ma kinitx suċċess. L-affarijiet ma nbidlux f’Milan, u Joao lanqas ma kien plejer ewlieni fl-Italja, fejn beda biss ħamsa mit-13-il dehra tiegħu. Anke Milan, li ħallsu madwar €5.5 miljun flimkien mas-salarju għas-self tal-plejer, mhux se jagħżlu li jżommuh, bi Flamengo li se jippruvaw imorru għalih.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport