Wednesday, December 25, 2024

Flimkien se nifformaw Viżjoni u Pjan Strateġiku għal pajjiżna… għalina!

Aqra wkoll

Il-pajjiż fil-Budget 2025 telaq mill-ewwel fuq is-sieq it-tajba, kif jgħid il-Malti, hekk kif il-Gvern nieda l-proċess ta’ viżjoni għal Malta sal-2050, kif ukoll il-masterplan għat-traffiku u l-Migration Policy bl-ewwel riżultati konkreti jibdew jidhru sas-sena 2035. Tliet materji li l-pajjiż jeħtiġhom fl-immedjat, biex pajjiżna issa li jinsab igawdi minn ekonomija tajba, jagħmel il-pass meħtieġ li jmiss għal pajjiż ta’ kwalità, kif jixraqlu.

Issa ovvjament bħal kull pjan li jitfassal, jeħtieġ li jiġi maħdum il-proċess għalih biex jitwettaq kif jixraq, u jiġi mwettaq fiż-żmien stipulat. Hekk kif ġie spjegat tajjeb nhar il-Ġimgħa fl-ewwel laqgħa ta’ diskussjoni indirizzata mill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża, u l-Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri. 

Kif spjega sew il-Ministru, din hi viżjoni ta’ pajjiż, ta’ nazzjon, u għalhekk kulħadd irid jagħti l-għajnuna tiegħu, kulħadd irid jagħti sehmu. Nibdew mill-Gvern, il-Ministeri, l-awtoritajiet, l-entitatjiet pubbliċi, is-sħab soċjali, il-privat u anke l-poplu in ġenerali. Permezz ta’ Key Performance Indicators (KPI’s) li joħorġu mill-Viżjoni 2050 l-entitajiet pubbliċi jkollhom Business Plans biex jitwettaq dak meħtieġ.

Il-KPI’s se jkunu għad-diżpożizzjoni tal-pubbliku, u wieħed se jkun jista’ jsegwi l-progress tal-Gvern lejn l-għanijiet, permezz ta’ stadji importanti ċari stabbiliti għall-2035. Iżda ħadd ma għandu joqgħod gallarija jikkritika biss, anzi minflok kulħadd għandu jimxu id f’id magħhom permezz ta’ business plans biex flimkien nattwaw il-pjanijiet imħabbra fil-Budget 2025.

Per eżempju, fil-każ tat-trasport, tinħass il-ħtieġa li jiġi introdott il-trasport fl-industrial estates, proposta tal-General Workers’ Union li ħadmet flimkien mal-employers biex jonqos it-traffiku, filwaqt li fejn hu possibbli jerġa’ jidħol ir-remote u home working ukoll!

Mela ejja flimkien inxammru l-kmiem u kulħadd jagħmel il-ftit tiegħu, naħdmu għal pajjiż aħjar milli hu, isbaħ milli hu, ta’ kwalità, biex inwassluh għal dak li jixraq lilu u għalina! Għalina u għal uliedna!

Ekonomija

Sport