Thursday, December 26, 2024

Floriana jegħlbu lil Sliema W. b’żewġ goals fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

Floriana ……….…….2

Sliema Wanderers …0

Floriana komplew bl-isfida tagħhom għar-rebħ tat-titlu meta għelbu lir-rivali antiki, Sliema Wanderers, bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima minn Willis Furtado.

Bla dubju, din kienet reb­ħa meritata għall-Greens bl-iskor seta’ kien wieħed ikbar, li kieku approfittaw minn numru ta’ azzjonijiet perikolużi li ħolqu matul il-partita.

Fid-disa’ minuta, il-coach Taljan ta’ Floriana, Mauro Ca­moranesi, kien kostrett jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ Guy Yameogo biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Alexandros Kouro.

Kienu Sliema Wanderers li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta iżda x-xutt ta’ Joseph Minala falla l-mira.

Floriana wieġbu fid-29 minuta meta Kemar Reid qabeż player avversarju qabel vevnen xutt fil-baxx li l-goalkeeper, Rashed Al Tumi, dawwar f’corner.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana ħarġu fuq l-offensiva u fit-53 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ free-kick mill-isbaħ fil-baxx ta’ WILLIS FURTADO, li ma ta l-ebda ċans lil Al Tumi jsalva li nqabad ftit barra minn postu.

Fis-60 minuta, Kemar Reid fajjar xutt minn tarf il-kaxxa iżda sab lil Al Tumi attent.

Il-Greens komplew jiddettaw il-logħob u fit-78 minuta ngħataw penalty meta Al Tumi waqqa’ lil Oualid El Hasni fil-kaxxa.

Mill-11-il metru, inkariga ruħu WILLIS FURTADO li spara l-ballun fis-saqaf tax-xib­ka, biex b’hekk irreġistra  doppjetta personali.

Madankollu, fid-90 minuta huma qalgħu daqqa ta’ ħarta kbir meta spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Maksim Valadzko wara li ntwera t-tieni karta safra biex issa se jitlef il-logħba kontra Valletta.

Peró, mil-lat pożittiv ma tantx kien fadal ħin biex il-Wanderers setgħu jagħmlu xi forma reazzjoni biex isalvaw ir-riżultat. Iżda din it-tkeċċija tibqa’ l-uniku di­żappunt f’din ir-rebħa tant importanti.

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni (8-Jake Grech 83), 9-Kemar Reid, 11-Matheus De Sousa (10-Jose Ulises Arias 83), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 42-Maksim Valadzko, 79-Guy Serge Cedric Yameogo (55-Alexandros Kouro 9), 94-Willis Furtado Coach  – Coach: Mauro Camoranesi

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Minala (13-James Arthur 74), 9-Vito Plut (77-Mohamed Awad 74), 10-Samuel Gomes Da Mata (7-Jake Engerer 85), 11-Myles Beerman (70-Lydon Micallef 85), 15-Gustavo Alcino, 20-Denis Koauou (19-Daniil Kondrakov 74), 25-Joachim Adukor, 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Edwin Acheampong – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Trustin Farrrugia Cann

ASS. REFEREES: ke Portelli, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORER: W. Furtado 53, 82 (F)

AMMONITI: O. E. Hasni, M. N. Garcia, M. Valadzko (2) (F), J. Minala, G. E. Acheampong, M. Awad (SW)

TKEĊĊA: M. Valadzko 90 (F)

Ekonomija

Sport