Wednesday, July 24, 2024

Marsaxlokk jagħtu t-tieni telfa lil Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Hamrun Spartans …..1

Marsaxlokk ………..….2

Marsaxlokk ħasdu lil Hamrun Spartans meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 biex dawn tal-aħħar ċedew l-ewwel post tal-klassifika lil Floriana li kienu għadhom kif għelbu lil Sliema Wanderers.

Hamrun kellhom lil Ryan Camenzuli nieqes, hekk kif għadu qed jirkupra minn injury li sofra fil-partita preċedenti kontra Mosta. Dan minbarra li kellhom ukoll lid-difensur, Steve Borg, sospiż.

Kien biss fl-20 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, b’Hamrun ikunu huma li joħolqu l-periklu meta daqqa ta’ ras ta’ Uros Duranovic mill-viċin ġiet salvata mill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Marko Drob­njak.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-34 minuta, xutt tal-istess Duranovic quddiem lasti vojta ġie devjat f’corner mid-difiża Xlukkajra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Marsaxlokk ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta fil-51 minuta rebħu penalty meta Joseph Mbong waqqa’ lil Yuri de Jesus Messias fil-kaxxa. Mill-11-il metru inkariga ruħu l-istess YURI DE JESUS MESSIAS li am żbaljax.

Hamrun wieġbu fis-56 minuta meta Uros Duranovic kellu l-free-kick tiegħu salvay mingħajr diffikultá minn Drobnjak.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u minuta biss wara, Luke Montebello, kellu x-xutt tiegħu salvat taj­jeb minn Drobnjak, li ħareġ barra minn postu biex interċetta kull periklu.

Fis-87 minuta, il-Ħamruniżi rnexxielhom jiksbu d-draw meta wara li rċieva minn cross minn fuq il-lemin, ROKO PRSA, kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.

B’dan il-goal jasal tliet minuti mit-tmiem kulħadd ħaseb li l-partita kienet se tispiċċa f’paritá iżda x-Xlukkajri kellhom ideat oħra minħabba li kien hemm aktar drama.

Dan minħabba li fil-ħames minuta tal-ħin miżjud, Marsaxlokk skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa li wasal minn SAMUEL BOAKYE li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża minn taħt il-lasti xeħet il-ballun fix-xibka fost id-dellirju tal-partitarji Xlukkajri.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 7-Luke Montebello, 10-Joseph Essien Mbong, 14-Elionay Freitas De Silva, 23-Uros Duranovic, 25-Ederson Bruno Domingos (12-Roko Prsa 65), 28-Juan Carlos Corbalan, 33-Christian Rutjens, 42-Nemanja Krstic (30-Seth Painstil 65), 91-Emerson Marcelina, 98-Jonny – Coach: Luciano Zauri

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder Soares Da Silva, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 8-Jake Ghio (11-Duane Bonnici 76), 10-Yuri De Jesus Messias (23-Samuel Boakye 83), 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna, 88-Sunday Akinbule (99-Anthony Obonogwu 87), 94-Jose Fernando Junior Gomes (7-Nevin Portelli 83)   – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: Y. De Jesus Messias pen. 52, S. Boakye 95 (M), R. Prsa 87 (H)

AMMONITI: J. E. Mbong, E. B. Domingos (HS), J. Ghio, L. Aguirre, M. Drobnjak (M)

Ekonomija

Sport