Monday, September 30, 2024

Hibernians kellhom jitħabtu kontra Sirens

Aqra wkoll

Hibernians ………2

Sirens ………………1

Hibernians kellhom jitħabtu biex għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-1, b’dawn tal-aħħar kellhom jilagħbu għal taqsima u nofs bi player inqas.

Kienu Sirens li ħolqu l-ew­wel periklu wara 10 minuti meta pass tal-goalkeeper tal-Pawlisti, Ibrahim Kone, ħabat ma’ Harrison Panayiotou, iżda Hibernians ħelsuha ħafif għax il-ballun għadda għoli.

Fit-23 minuta, Hibernians fetħu l-iskor  meta minn corner ta’ Giannis Bastianos, FERDINANDO APAP għola bir-ras u tefa’ ġewwa, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel qabeż il-linja fatali.

Żewġ minuti, Gilberto Carrara ta’ Sirens, deher jagħti daqqa f’wiċċ il-goalkeeper Kone biex intwera l-karta l-ħamra.

Iżda l-Pawlini xorta waħda ġabu l-iskor indaqs fis-36 minuta meta Nicholas Pulis beda azzjoni ta’ kontrattakk veloċi qabel għadda lejn DEGRAN JACKSON li b’xutt mill-isbaħ tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Hibernians reġgħu marru fil-vantaġġ meta GIANNIS BASTIANOS b’xutt mix-xellug għeleb lil Ini Etim Akpan.

Mas-siegħa logħob Hibernains kellhom żewġ konklużjonijiet ta’ Jurgen Degabriele f’temp ta’ ħames minuti li spiċċaw ftit barra.

Huma komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom s atmiem il-partuta.

Hibernians: 24-Ibrahim Kone, 25-Mamadou Bagayoko, 16-Samuel Okoh, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 22–Gabriel Artiles, 6-Lucas Caruana (23-Claudio Bonanni 63), 21-Alex Bruno (8-Robert Bairam 73), 29-Giannis Bastianos (Artem Radchenko 73), 10-Jurgen Degabriele (77-Rodney Antwi 73), 9-Sime Zuzul – Coach: Branko Nisevic

Sirens: 12-Ini Etim Akpan, 5-Prosper Owusu Boakye, 6-Hasan Gomda (23-Bismark Asare 81 min), 44-Konstantinos Ntampizas, 25-Daniel Murillo, 8-Nicholas Pulis, Kwasi Donsu (18-Mohammed Akadom 87), 9-Harrison Panayiotou, 31-Degran Jackson, 96-Daniel Agius, 10-Gilberto Carrara – Coach: Steve D’Amato

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: Mitchell Scerri, Max-Lee Muscat

Raba’ Uff.: Slawomir Olucha

Skorers: F. Apap 23, G. Bastaianos 50 (H), D. Jackson 38 (S)

Ammoniti: L. Caruana, A. Radchenko, C. Bonanni (H), D. Jackson, D. Agius (S)

Tkeċċa: G. Carrara 24 (S)

Sport