Floriana huma r-rebbieħa tal-VMFA Malta Premier League hekk kif għelbu lil MFPA 5-0 fil-logħba deċiżiva li ntlagħbet ilbieraħ fil-Mediterranean College of Sport f’Birkirkara.
Il-Furjaniżi kienu determinati li jirbħu t-titlu wara li fl-istaġun li għadda fallew bi ftit u kkonċedew it-titlu lil Gżira United. Din id-darba huma kienu motivati u ftit ħallew lill-avversarji tagħhom tal-Malta Football Players Association jilagħbu l-logħob tipiku tagħhom.
Manolito Micallef poġġa lill-Greens minn fuq b’daqqa ta’ ras sabiex qabel tmiem l-ewwel taqsima, Bojan Kaljevic u l-istess Micallef żiedu iktar gowls għat-tim tagħhom.
Fit-tieni taqsima, Kaljevic għaqqad doppjetta personali bis-siġill fuq il-partita jagħmlu is-sostitut Ryan Darmanin li għamel l-iskor finali 5-0.
Wara l-partita, il-president tal-Veterans Malta Football Association Malcolm Camilleri ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Floriana Manolito Micallef.
Referee kien Lorry Sammut.
F’logħba oħra li kellna mill-istess kampjonat, Rabat Veterans temmew il-kampjonat bil-kbir wara rebħa ta’ 12-0 kontra Żurrieq Wolves.
Adam Smeir kellu wirja impekkabbli u skorja xejn inqas minn disa’ gowls fiwlaqt li Andre Scicluna kien awtur ta’ tripletta.
B’hekk Rabat temmew fir-raba’ post tal-kampjonat b’19-il punt.
KLASSIFIKA FINALI – VMFA PREMIER LEAGUE
Floriana 36, MFPA 34, Gżira United 22, Rabat 19, Luxol 18, Hibernians 16, Żurrieq Wolves 12, Birkirkara St Helen’s 8.
KLASSIFIKA FINALI TAL-AQWA SKORERS
Stanimir Miloskovic (MFPA) 25 gowl, Adam Smeir (Rabat) 21 gowl, Manolito Micallef (Floriana) 20 gowls.


