Tuesday, April 28, 2026

Hockey: Floriana Young Stars jipproduċu wirja konvinċenti u jegħlbu lil Żurrieq

Aqra wkoll

Floriana Young Stars kellhom wirja konvinċenti sabiex għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 4-1 f’logħba mill-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey li ntlagħbet f’Kordin.

L-ewwel quarter kien bilanċjat fejn l-iskor kien dak ta’ 1-1 iżda fit-tieni quarter, il-Furjaniżi bdew jieħdu l-inizjattiva tant li skorjaw żewġ gowls oħra li eventwalment iddeċieda l-logħba. Minkejja r-reazzjoni taż-Żrieraq, kienu għal darb’oħra l-Greens li skorjaw sabiex issiġġillaw il-konfront.

Jean Paul Sapiano kellu żewġ gowls f’ismu bil-captain Karl Chircop li żied ieħor qabel ma’ Dean Spiteri skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-kbar.

Christ Agius skorja l-uniku gowl għal Żurrieq.

Umpires kienu David Agius u Keith Calleja.

Sadanittant Qormi Daikin huma ċ-champions tal-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena wara li għelbu lil Marsascala Heat 2-0. Ben Falzon u Zack Xuereb skorjaw il-gowls importanti għalihom.

Umpires kienu Karl Chircop u Alessandro Amore.

Mill-istess kampjonat, Floriana Young Stars A għelbu lit-tim B 4-0.

Matteo Vella Chetcuti skorja tliet gowls b’Denston Aquilina li żied ieħor għat-tim tiegħu.

Umpires kienu Alessandro Amore u Xylon Cassar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport