Sunday, December 22, 2024

Fondi ffriżati Russi se jingħataw lill-Gvern Ukren

Aqra wkoll

Waqt il-laqgħa tal-G7 li qiegħda ssir fl-Italja kien hemm qbil li $50bn assi ffriżati tal-Gvern Russu se jkunu qegħdin jingħataw lill-Gvern Ukren biex b’hekk ikun jista’ jiġġieled l-invażjoni li qiegħda ssir fuq pajjiżu.

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li dan il-qbil hu sinjal ċar ieħor lill-Gvern Russu li l-alleati mhux se jċedu. Min-naħa tiegħu Putin hedded li “se jkun hemm ritaljazzjoni qawwija għal din il-miżura”.

Waqt l-istess laqgħa tal-G7 li għaliha attenda wkoll il-President Ukren Volodymyr Zelensky ġie ssiġillat ftehim mal-Istati Uniti dwar is-sigurtà lieam ftehim se jdum fis-seħħ għal 10 snin.

Issa l-Istati Uniti hija obbligata li tagħti taħriġ militari lill-forzi Ukreni, iżda fl-ebda ħin ma sar ftehim li l-Amerika tibat truppi fl-Ukranja.

Kelliem għal White House qal li dan il-ftehim sar bejn Washington u Kyiv li se jkunu qegħdin jaħdmu flimkien biex l-Ukranja tibda mill-ġdid is-sigurtà tagħha kif ukoll terġa’ bil-mod tirkupra ekonomikament.

Ekonomija

Sport