Saturday, December 21, 2024

Football: Il-Brażil eliminati mill-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024

Aqra wkoll

Iċ-champions renjanti Olimpiċi,  Brażil, naqsu milli jikkwalifikaw għat-tournament tal-futbol Olimpiku tal-irġiel tas-sajf li ġej li se jsir f’Pariġi, wara li sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0 mill-Arġentina biex kienu dawn tal-aħħar li għaddew.

Din hija  l-ewwel darba mill-2004 li l-Brażil – li kienu qed jimmiraw għat-tielet deheb konsekuttiv – mhux se jieħdu sehem.

Kien fis-77 minuta li Luciano Gondou skorja l-goal rebbieħ għall-Arġentina ta’ Taħt it-23 sena fit-tournament ta’ kwalifikazzjoni tal-Amerika t’Isfel għall-Olimpjadi ta’ din is-sena.

Il-Brażil dejjem rebħu midalja tal-football tal-irġiel fl-aħħar erba’ Olimpjadi.

L-Arġentina, li rebħet id-deheb fl-2004 u fl-2008, spiċċat l-avveniment finali ta’ kwalifikazzjoni b’ħames punti.

Huma temmew punt vantaġġ fuq il-Paragwaj, bil-Brażil jispiċċaw bi tliet punti.

Ekonomija

Sport