Wednesday, July 24, 2024

Malta Dairy Products Ltd turi l-impenn għall-eċċellenza nutrizzjonali

- Tittella' il-Konferenza Internazzjonali dwar in-Nutrizzjoni u d-Dietetika 2024

Aqra wkoll

Malta Dairy Products Ltd ipparteċipat fil-Konferenza Internazzjonali dwar in-Nutrizzjoni u d-Dietetika 2024. L-avveniment, organizzat b’kollaborazzjoni ma’ Malta Leadership Institute (MLI), attendew aktar minn 100 nutrizzjonista minn madwar id-dinja u serva bħala pjattaforma għall-iskambju tal-professjonisti tal-industrija biex jaqsmu l-għarfien u l-esperjenzi tagħhom dwar l-aħħar avvanzi fil-qasam tan-nutrizzjoni.

Matul il-konferenza, bl-isem ‘Fuelling Physical Resilience: the Vital Role of Nutrition’, Malta Dairy Products Ltd wriet l-impenn tagħha għall-innovazzjoni, is-saħħa u n-nutrizzjoni billi ppreżentat firxa komprensiva ta’ prodotti tal-Ħalib Benna Pro. Preżenti f’isem il-kumpanija kien Isaac Zahra, Food Technologist ma’ Malta Dairy Products Ltd, li ta preżentazzjoni dettaljata fejn spjega l-benefiċċji nutrittivi u l-miżuri ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li Malta Dairy Products tieħu fuq il-firxa sħiħa tal-prodotti kollha tagħha bbażati fuq il-ħalib Benna.

Minbarra l-preżentazzjoni informattiva, Malta Dairy Products Ltd kellha stand b’varjetà tal-prodotti popolari tagħha tal-Pro Milk biex id-delegati ikunu jistgħu iduquhom. L-istand serva bħala forum dinamiku għal diskussjonijiet informattivi dwar il-benefiċċji għas-saħħa tal-prodotti tal-ħalib.

Is-Sur Zahra irrimarka: “Aħna napprezzaw li kellna l-opportunità li nuru d-dedikazzjoni tagħna għall-eċċellenza nutrizzjonali waqt il-Konferenza Internazzjonali dwar in-Nutrizzjoni u d-Dietetika 2024. Il-parteċipazzjoni tagħna tenfasizza l-impenn li nieħdu biex nipprovdu lill-konsumaturi prodotti tal-ħalib ta’ kwalità għolja u nutrittivi li jikkontribwixxu għall-benessri ġenerali.”

Malta Dairy Products Ltd qed testendi l-gratitudni tagħha lill-organizzaturi tal-Konferenza Internazzjonali dwar in-Nutrizzjoni u d-Dietetika 2024 talli ffaċilitaw dan il-forum kollaborattiv. Il-kumpanija tibqa’ impenjata fil-missjoni tagħha li tippromwovi prodotti tal-ħalib innovattivi u tajbin għas-saħħa. Għal aktar tagħrif dwar Malta Dairy Products Ltd u l-firxa tagħha ta’ prodotti tal-Ħalib Pro, jekk jogħġbok żur www.benna.com.mt.

Ekonomija

Sport