Wednesday, July 24, 2024

Trump bi stedina lir-Russja sabiex din tattakka pajjiżi membri

Aqra wkoll

L-eks president Amerikan, Donald Trump għamel stedina lir-Russja, sabiex din tattakka l-pajjiżi membri, għax skontu dawn mhumiex jilħqu l-obbligi finanzjarji. Dan il-kumment ta’ Trump, ġie oġġezzjonat minn uffiċjal tan-NATO. 

F’kumment li ta lill-midja internazzjonali, Jens Stoltenberg, wieħed mill-uffiċjali tan-NATO, qal li suġġeriment bħal ma’ għamel Trump, ipoġġi l-ħajja tas-suldati Amerikani u Ewropej f’riskju akbar. 

Jens żied jgħid li jistenna li min jirbaħ min jirbaħ l-elezzjonijiet presidenzjali, l-Amerika għandha tibqa’ alleata b’saħħitha u kommessa tan-NATO.  Żied jgħid li n-NATO se tibqa’ hemm biex tiddefendi l-alleati kollha. 

B’reazzjoni għal dak li qal Trump, fi stqarrija maħruġa mill-White House, l-azzjoni tal-eks president Amerikan, ġiet ddiskrevutha bħala dikjarazzjoni tal-biża’ u illoġika.

L-Eks President Donald Trump, esprima tħassib u dubji dwar l-għajnuna lill-Ukrajna biex tiddefendi lilha nfisha mill-invażjoni li r-Russja nediet fi Frar tal-2022, u anke dwar l-eżistenza tan-NATO, li hija allenza li tiġbor fiha 31 nazzjon.

Ekonomija

Sport