Tuesday, December 24, 2024

Football tan-Nisa: Impenn diffiċli għal Malta kontra l-Portugall

Aqra wkoll

It-team nazzjonali tan-nisa, immexxi mill-coach Taljana, Manuela Tesse, illum se jilgħab it-tieni partita minn Grupp 3 tal-logħob ta’ kwalifikazzjoni tan-Nations League B meta fis-Centenary Stadium jaffronta l-qawwa tal-Portugall li jinsabu fil-21 post fir-rankings tal- FIFA.

It-tfajliet Maltin jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli hekk kif ġejjin minn draw prestiġjuż ta’ mingħajr goals liema partita intlagħab f’Windsor Park, f’Belfast, nhar il-Ġimgħa li għadda. 

Dan il-grupp jinkludi wkoll lil Bos­nja-Herzegovina li fl-ewwel ġurnata huma sfaw megħluba proprju mill-Portugall bl-iskor ta’ 3-0. 

It-team Malti kellu kliem ta’ tifħir mill-media Britannika wara l-prestazzjoni qalbiena fl-Irlanda ta’ Fuq, b’dawn tal-aħħar qatt ma setgħu jinfdu d-difiża kumpatta tat-team Malti.

Hija konxja li dan se jkun test mill-aktar diffiċli għall-Maltin u għaldaqstant il-players tagħna jridu jkunu fil-forma massima tagħhom biex jikkontrollaw l-intensitá u l- veloċitá  tal-iskola Portugiża li huma magħ­rufin għalihom.   

Barra minn hekk, il-Maltin iridu jagħrfu kif jannullaw lill-avversarji bil-pożizzjonijiet tagħhom meta jkunu mingħajr il-ballun. 

Għal dan il-konfront, kemm Rachel Cuschieri (Sampdoria) kif ukoll Emma Lipman (Como), li kienu strumentali fid-draw kontra l-Irlandiżi, huma dubjużi u għaldaqstant se jsirilhom test aħħari.

Il-partita tibda fis-6.30 pm u tintwera diretta fuq TVMSport+.

Ekonomija

Sport